Il-Linja ta’ Għajnuna għall-Vittmi ta’ Reat Kriminali
Miftuħa: 8am–11pm, 7 ijiem fil-ġimgħa
Ċempel: 1800 819 817
Text: 0427 767 891
Email: vsa@justice.vic.gov.au
Ċempel, ibgħat text jew email lil-Linja tal- Għajnuna biex:
- issir taf kif tirraporta reat kriminali lill-pulizija
- issib servizzi oħra li jistgħu jgħinuk
- tikseb informazzjoni dwar kif taħdem is-sistema tal-ġustizzja fil-Victoria
- tikseb sapport jekk għandek bżonn tkun xhud fil-qorti
- takwista għajnuna biex tapplika għal kumpens u għajnuna finanzjarja – jekk inti eliġibbli
- issir taf x’tista’ tagħmel biex iżżomm lilek u lill-familja tiegħek siguri.
Jekk tinsab fil-periklu issa stess, ċempel lill-pulizija fuq Zero Tripplu (000). Tista' wkoll tmur f'għassa tal-pulizija.
Aħna ngħinu lin-nies f’ħafna sitwazzjonijiet differenti
Kull sena, aħna ngħinu eluf ta' nies ta' etajiet, sessi u sfondi differenti li huma vittmi ta’ atti kriminali.
Nistgħu ngħinu anke jekk ma tridx tirrapporta reat lill-pulizija
dwar xi reat. Huma jieħdu r-rapport tiegħek bis-serjetà u jippruvaw isibu l-persuna li għamlet reat. Jistgħu wkoll jipproteġuk.
Jekk m'intix lest li tagħmel rapport jew int inkwetat dwar li tkellem lill-pulizija, il-Linja ta’ Għajnuna se:
- titkellem miegħek u tifhem is-sitwazzjoni tiegħek
- issib servizzi li jistgħu jgħinuk, anke jekk ma tridx tirrapporta r-reat kriminali
- jgħinek titkellem mal-pulizija, jekk tkun trid.
Tista' tuża interpretu
Il-Linja ta’ Għajnuna tista’ tipprovdilek interpretu bla ħlas jekk ikollok bżonn wieħed. Tista' wkoll titlob lil xi ħadd ieħor biex iċempel il-Linja ta’ Għajnuna biex iġibu interpretu għalik.
Biex tikseb interpretu:
- ċempel il-Linja ta’ Għajnuna fuq 1800 819 817
- għidilhom ismek, in-numru tat-telefown u l-lingwa
- interpretu jċempillek lura.
Meta l-interpretu jċempillek, in-numru tiegħu jista' jkun muri bħala 'numru privat', 'imblukkat' jew 'no caller ID’ ('private number', 'blocked' or 'no caller ID') fuq il-mowbajl tiegħek.
Services for victims of crime in Victoria - information in Maltese (Malti)(opens in a new window)
Updated